SISTEMA NAZZJONALI TA' INFORMAZZJONI TAL-ISPTAR

Persuna ta’ Kuntatt: Dott. Sandra Distefano

 

Is-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Isptarijiet għandha l-għan li tiġbor dejta dwar l-attività tal-isptar minn Sptarijiet Statali u Privati u tinkorporaha f’database ta’ Sistema Nazzjonali ta’ Informazzjoni tal-Isptar (NHIS). Id-dejta miġbura se tintuża għal talbiet għall-aggregazzjoni ta’ dejta dwar il-kura tas-saħħa fl-isptarijiet fuq livell Nazzjonali minn Organizzazzjonijiet lokali u Internazzjonali.

Id-dejta medika dwar id-dijanjosi u l-kawżi esterni ta’ korrimenti/inċidenti għal pazjenti rikoverati fl-isptar hija kkodifikata skont l-International Classification of Diseases, 10th Revision (ICD-10). Operazzjonijiet/proċeduri huma kodifikati ICD-9 CM-vol3 (procedures).

Mis-sena ta’ referenza 2011 is-sistema ta’ Analiżi tal-Attività tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex hija amministrata mill-maniġment tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Ir-rapporti għall-attività tal-isptarijiet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin 2004 – 2010 jistgħu jiġu aċċessati fuq il-paġna tal-Arkivju tagħna.

ĠBIR KONĠUNT TA’ DEJTA DWAR STATISTIKA MHUX MONETARJA TAL-KURA TAS-SAĦĦA

L-għan ġenerali ta’ dan il-kwestjonarju konġunt huwa li jipprovdi data komparabbli internazzjonalment dwar aspetti ewlenin tas-sistemi tal-kura tas-saħħa peress li huma relatati mar-riżorsi umani tas-saħħa, ir-riżorsi fiżiċi/tekniċi u l-attivitajiet tal-kura tas-saħħa.

Il-kwestjonarju konġunt jintbagħat lill-istati membri kollha mit-3 organizzazzjonijiet internazzjonali – EUROSTAT, WHO u OECD, li ngħaqdu flimkien biex iżidu l-kollaborazzjoni tagħhom u jnaqqsu l-piż fuq l-unitajiet tal-istatistika tal-pajjiżi. It-tweġiba ta’ Malta għal dan il-kwestjonarju taqa’ taħt il-mandat tad-Direttorat għall-Informazzjoni u Riċerka dwar is-Saħħa li jiġbor id-data/informazzjoni kollha meħtieġa u jissottomettiha kif dovut lil dawn l-organizzazzjonijiet fuq bażi annwali.

Il-kwestjonarju konġunt jikkonsisti f’ħames partijiet:

  1. Impjieg u edukazzjoni fil-qasam tas-saħħa (eż. numru ta’ tobba, infermiera, gradwati, eċċ.).
  2. Riżorsi fiżiċi u tekniċi (eż. numru ta’ sodod, tagħmir mediku, eċċ.).
  3. Modulu tal-EUROSTAT (eż. tobba skont il-kategoriji, riżorsi tekniċi tal-isptar eċċ.).
  4. Attivitajiet tal-kura tas-saħħa (eż. numru ta’ konsultazzjonijiet, ħruġ mill-isptar, proċeduri kirurġiċi, tilqim, eżamijiet ta’ screening u dijanjostiċi eċċ).
  5. Migrazzjoni tal-forza tax-xogħol (eż. influss ta’ tobba).

Id-Direttorat tal-Informazzjoni u Riċerka dwar is-Saħħa huwa responsabbli biex jiġbor u jgħaqqad data minn diversi istituzzjonijiet/diviżjonijiet sabiex il-kwestjonarju mimli jingħata lura lill-organizzazzjonijiet internazzjonali b’mod preċiż u f’waqtu.

Id-data annwali miġbura permezz ta’ dan is-sors minn Malta u pajjiżi oħra hija disponibbli minn dawn it-tliet organizzazzjonijiet permezz tad-databases/pubblikazzjonijiet onlajn li ġejjin:

Database onlajn tal-Eurostat

Data miġbura mill-kwestjonarju konġunt u ppubblikata mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Id-database tas-Saħħa għal Kulħadd tal-WHO

Data miġbura mill-kwestjonarju konġunt u ppubblikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Ikklikkja fuq ‘agħżel il-parametri’ biex tfittex fil-folders u l-indikaturi fid-database.

Pubblikazzjonijiet tal-OECD -Ħarsa lejn is-Saħħa tal-Ewropa –

Pubblikazzjoni maħruġa kull sentejn mill-2010 li fiha numru ta’ indikaturi tas-saħħa, inklużi dawk meħuda mill-kwestjonarju konġunt.

Ħarsa lejn is-Saħħa: l-Ewropa

STATISTIKA

Għal statistika annwali aġġornata mill-NHIS dwar is-sistemi tal-kura tas-saħħa (riżorsi umani tas-saħħa, riżorsi fiżiċi/tekniċi u attivitajiet tal-kura tas-saħħa) jekk jogħġbok żur is-sorsi imsemmija hawn fuq.

Il-paġna tal-Arkivju tagħna fiha wkoll statistika tal-isptarijiet, tal-infermiera u tan-numru ta’ sodod f’djar residenzjali, li tkopri l-perjodu mill-2006 – 2010 li tista’ titniżżel f’format pdf.

DIKJARAZZJONI TA’ KUNFIDENZJALITÀ

Is-Sistema Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar l-Isptar tista’ tiġbor u tipproċessa informazzjoni personali dwar episodji ta’ kura fl-isptarijiet għal skopijiet ta’ statistika u riċerka u fl-interess tas-saħħa pubblika. Id-dejta kollha tinġabar u tiġi ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2018 (KAP. 586). Is-Sistema ma tiżvelax dejta identifikabbli barra mid-Diviżjoni tas-Saħħa sakemm il-liġi ma tippermettix. Il-persuni kollha inklużi fid-databases tas-Sistema huma intitolati li jkunu jafu x’informazzjoni setgħet ġabret is-Sistema dwarhom.