REĠISTRU NAZZJONALI TAL-KANĊER
Persuni ta’ Kuntatt: Dott. Miriam Azzopardi u s-Sa Rita Micallef
- Biex jiġbor id-data, iżomm reġistru u jsegwi lir-residenti kollha tal-Gżejjer Maltin li huma dijanjostikati bil-kanċer;
- Biex jipprovdi funzjoni ta’ sorveljanza bl-użu ta’ data tar-reġistru biex jeżamina tendenzi skont l-età u s-sess, skond it-tip ta’ kanċer, matul iż-żmien u madwar il-pajjiż. Dan isir billi jinħarġu rapporti regolari u billi t-tobba u l-pubbliku ġenerali jingħataw informazzjoni li jista’ jkollhom bżonn, filwaqt li tiġi rispettata kunfidenzjalità stretta;
- Biex jiffaċilita r-riċerka epidemjoloġika. Ħafna dwar il-kawżi u l-potenzjal għall-prevenzjoni tal-kanċer għadu jew mhux magħruf jew bilkemm mifhum. Ir-reġistru jwieġeb għal numru ta’ talbiet minn nies ta’ interessi differenti, bħal studenti, kliniċisti u ġurnalisti. Jikkontribwixxi wkoll informazzjoni għal pubblikazzjonijiet u databases internazzjonali.
Tipi ta’ Neoplażmi miġbura fl-MNCR
- Neoplażmi malinni kollha
- In-neoplażmi ‘in-situ’ kollha (inklużi l-livelli kollha ta’ CIN)
- Xi neoplażmi ta’ progressjoni inċerta jew mhux magħrufa (eż.: Sindromu majelodisplastiku)
- Ċerti tumuri beninni (prinċipalment dawk li joriġinaw fis-CNS)
Sorsi ewlenin ta’ informazzjoni u rapporti riċevuti fir-Reġistru tal-Kanċer
| Sorsi | Rapporti minn | |
| Notifika klinika | Tobba tal-isptar, tobba u oħrajn | Notifika tal-Att tal-Kanċer, 1957 |
| Kopja tar-rapport tal-istoloġija u ċ-ċitoloġija | Laboratorji tal-patoloġija | Proprjetà tal-Istat (1) u privat(8) |
| Kopja tar-rapport tal-awtopsja | Laboratorji tal-patoloġija | L-awtopsji jsiru biss fi sptarijiet ġenerali tal-istat |
| Ċertifikati tal-mewt | Reġistru Nazzjonali tal- Mortalità | Reġistru ieħor fid-DHI |
| Riferenzi ġodda għad-dipartiment tal-Onkoloġija | Onkoloġisti | Hemm biss ċentru wieħed tal-Onkoloġija fil-Gżejjer |
Formola ta’ Notifika tal-Kanċer AĠĠORNATA (19/12/03)FACT SHEETS
Rapport Annwali dwar il-Kanċer 1996 – 1997 – Ktieb u Tables
Kanċer fil-Gżejjer Maltin 1998 – 2000 – Ktieb u Tables
Il-Piż tal-Kanċer għar–residenti tal-Gżejjer Maltin (aġġornata 28/11/07)
Graphs u analiżi tax-xejriet tal-kanċer 30/07/07
Sopravivenza minn xi wħud tas-siti tal-kanċer 03/02/05
Fatturi Pronjostiċi tal-kanċer tas-sider femminili f’Malta 02/03/05
Kanċers tat-Tfulija 1989-2004 28/11/05
Kanċer tal-bużżieqa tal-awrina
Kanċer tal-istonku
Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC)
Unità ta’ Epidemjoloġija Deskrittiva fl-IARC (CANCERMondial)
Assoċjazzjoni Internazzjonali tar-Reġistri tal-Kanċer (IACR)
Netwerk Ewropew tar-Reġistri tal-Kanċer (ENCR)
International Union Against Cancer (UICC)
Istitut Nazzjonali tal-Kanċer – USA
