REĠISTRU NAZZJONALI TAT-TRAPJANTI TAL-ORGANI

Persuna ta’ Kuntatt: Is-Sa Lorinda Camilleri

GĦANIJIET

  • Biex tinġabar dejta u jinżamm reġistru tal-organi kollha miksuba fil-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, kemm jekk trapjantati lokalment jew barra minn Malta.
  • Biex jipprovdi dejta li tista’ tkun meħtieġa għal studji epidemjoloġiċi u ta’ riċerka.
  • Li tinħareġ statistika regolari dwar it-trapjant ta’ organi fil-Gżejjer Maltin u tiġi ipprovduta lit-tobba u lill-pubbliku ġenerali informazzjoni li jista’ jkollhom bżonn, dejjem b’rispett assolut għall-kunfidenzjalità.

SFOND

Ir-Reġistru Nazzjonali tat-Trapjanti tal-Organi ilu jirċievi notifiki regolari mill-1999. Id-dejta ta’ qabel inġabret b’mod retrospettiv iżda hija meqjusa bħala mhux kompluta peress li l-ebda ġbir regolari ta’ dejta ma kien fis-seħħ dak iż-żmien.

KOPERTURA

Ir-reġistru huwa ibbażat fuq il-popolazzjoni u jirreġistra l-organi kollha miksuba fil-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, kemm jekk trapjantati lokalment jew barra minn Malta.

ĠBIR TA’ DEJTA U SORSI TA’ INFORMAZZJONI

Tinġabar dejta għall-organi kollha miksuba f’Malta u Għawdex. Ir-reġistru jżomm ukoll dejta rigward id-donaturi tal-organi u r-riċevituri tat-trapjant. L-informazzjoni tal-aħħar hija disponibbli biss għal dawk l-organi trapjantati lokalment.

Il-ġbir tad-dejta jseħħ biss fuq bażi passiva. Ir-reġistru jiddependi biss fuq notifiki ta’ trapjanti mibgħuta lir-reġistru. Kwalunkwe trapjanti mhux notifikati mill-persuni kompetenti mhumiex inklużi fir-reġistru.

Ir-reġistru jżomm ir-rekords imsemmija sabiex:

  1. Tiġi evitata reġistrazzjoni duplikata;
  2. Jippermetti s-segwitu tal-każijiet sad-data tal-mewt; u
  3. Jkun f’pożizzjoni li jintraċċa l-każijiet sabiex iwettaq studji prospettivi jew retrospettivi.

Il-fajls tal-isptar tal-pazjent jiġu riveduti kull meta jkun possibbli biex tiġi ivvalidata u żgurata l-eżattezza tar-reġistrazzjonijiet. Il-kunfidenzjalità stretta hija rispettata f’kull ħin.

FORMOLA TA’ NOTIFIKAZZJONI

Biex tara fajls f’format pdf, il-kompjuter tiegħek jeħtieġ li jkollu l-Acrobat Reader installat. Ikklikkja hawn biex tniżżel l-Acrobat Reader.

Formola ta’ Notifika ta’ Trapjant tal-Organi għan-notifika ta’ trapjant tal-organi.

SOMMARJU TA’ STATISTIKA 

In-Numru ta’ Organi Miksuba f’Malta skont is-sena u ġewx trapjantati lokalment jew barra minn Malta 1999+ (aġġornata fit-12/07/24)

Id-Donaturi tal-Organi skont it-tip, l-età u l-ġeneru 1999+ (aġġornata fit-12/07/24)

Ir-Riċevituri ta’ Trapjant f’Malta skont it-tip ta’ organu, l-età u l-ġeneru 1999+ (aġġornata fit-12/07/24)

DIKJARAZZJONI TA’ KUNFIDENZJALITÀ 

Ir-Reġistru Nazzjonali tat-Trapjanti tal-Organi jiġbor u jipproċessa informazzjoni personali dwar trapjanti tal-organi għal skopijiet ta’ statistika u riċerka u fl-interessi tas-saħħa pubblika. Id-dejta kollha tinġabar u tiġi ipproċessata skont l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2018 (KAP. 586). Ir-Reġistru ma jiżvelax dejta identifikabbli sakemm il-liġi ma tippermettix dan. L-individwi kollha huma intitolati li jkunu jafu x’informazzjoni għandu r-Reġistru dwarhom.