DIREttur

Il-Professur Neville Calleja

M.D., M.Sc. (Lond.), M.Sc., Ph.D. (Open), M.F.P.H., C.Stat., C.Sci., F.R.S.P.H., D.L.S.H.T.M.

Il-Professur Neville Calleja ikkwalifika bħala tabib mediku fl-1999 u kompla jistudja l-Istatistika Medika u s-Saħħa Pubblika wara t-taħriġ mediku tiegħu. Huwa ikkwalifika bħala speċjalista fil-mediċina tas-saħħa pubblika fl-2006 u ngħata s-Sħubija tal-Fakultà tas-Saħħa Pubblika fir-Renju Unit fl-2011. Fl-2013, Neville temm l-istudji tiegħu fil-livell ta' dottorat fuq il-metodoloġija tas-servejs tas-saħħa. Hu ilu impjegat fid-Direttorat għall-Informazzjoni fuq is-Saħħa u Riċerka fi ħdan il-Ministeru responsabbli mis-Saħħa mill-2001, ħa t-tmexxija tiegħu fl-2007, u serva wkoll bħala Aġent Uffiċjal Mediku Prinċipali għal perjodu ta’ sena matul l-2014/5.