Il-Missjoni Tagħna

  • Li niġbru, nanalizzaw u nqassmu informazzjoni dwar is-saħħa;
  • Li nwettqu servejs epidemjoloġiċi u nżommu reġistri ta’ mard;
  • Li nżommu u niżviluppaw il-firxa ta’ servizzi u prodotti lid-Direttorat jipproduċi, li jvarjaw minn rapporti għal talbiet għal informazzjoni personalizzata, b’mod eżatt u f’waqtu;
  • Li nikkoordinaw u nippreparaw rapporti li jidentifikaw kwistjonijiet, problemi, ħtiġijiet mhux milħuqa u nuqqasijiet fis-servizz, u nirrakkomandaw inizjattivi, reviżjoni tal-politika u emendi għall-proċeduri u programmi kif meħtieġ;
  • Li niżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa għall-forniment ta’ dejta li ma tinvolvix nefqa għas-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa;
  • Li nippromwovu u nwettqu riċerka;
  • Li nikkomunikaw riżultati u rapporti rilevanti mill-inizjattivi t’hawn fuq lill-partijiet interessati u lill-pubbliku.

Id-Direttorat għall-Informazzjoni fuq is-Saħħa u Riċerka huwa responsabbli għall-immaniġġjar ta’ settijiet ta’ dejta tas-saħħa nazzjonali fuq il-mortalità, il-kanċer, l-anomaliji konġenitali, cerebral palsy, it-trapjanti tal-organi, l-ostetriċija, id-dimenzja, il-mard rari, is-sistema ta’ informazzjoni tal-isptarijiet u aċċidenti u korrimenti kif ukoll għal numru ta’ databases oħra fuq l-attività tas-servizz tas-saħħa.

Dan id-Direttorat huwa responsabbli biex iwettaq is-Servejs tal-Intervisti tas-Saħħa. L-Ewwel Servej Nazzjonali tal-Intervisti tas-Saħħa sar fl-2002. Is-Servej Ewropew tal-Intervisti tas-Saħħa tlesta fl-2008.

Id-DHIR huwa maħtur bħala ‘Awtorità Nazzjonali Oħra’ (ONA) mill-EUROSTAT.