Klinika taL-istatistika

Id-Direttorat għall-Informazzjoni fuq is-Saħħa u Riċerka qed joffri servizz ta’ konsulenza dwar l-istatistika għall-impjegati kollha tal-Ministeru tas-Saħħa.

Il-Professur Neville Calleja (Direttur) ilu joffri l-għajnuna tiegħu lil dawk l-individwi li qegħdin jippjanaw l-istudji.

Klinika tal-Istatistika hija offruta fid-Direttorat għall-Informazzjoni fuq is-Saħħa u Riċerka. Dawn is-sessjonijiet isiru skont id-diskrezzjoni tad-Direttorat u jiddependi fuq l-ammont ta’ xogħol u d-disponibbiltà f’dak iż-żmien.

Il-partijiet interessati għandhom jikkuntattjaw lill-Professur Neville Calleja fuq [email protected]. Inkella, ikkuntattja lis-Sinjura Audrey Galea fuq 23179341 jew [email protected] għal appuntament. Jekk jogħġbok innota li din il-konsulenza hija disponibbli biss b’appuntament. Sessjonijiet ta’ drop-in mhumiex possibbli.

Ta’ min jinnota li minħabba restrizzjonijiet ta’ ħin, spjegazzjoni fil-fond tat-tekniki statistiċi jista’ ma jkunx possibbli matul dawn is-sessjonijiet. Madankollu, tingħata gwida dwar riferenzi tajbin li wieħed jista’ jikkonsulta. Xorta waħda, ir-responsabbilità li wieħed jaqra dwar it-tekniki li qed jintużaw hija tar-riċerkatur. Ikun apprezzat jekk il-parir statistiku jintalab fil-fażi tal-ippjanar tal-istudju. Dan jiffranka ħin konsiderevoli kemm għar-riċerkatur u għall-istatistiku.